Din l-applikazzjoni trid tasal sal-1 ta’ Lulju 2020 – Jekk kollox lest, ġentilment nitolbuk tissottometti minn kmieni.

L-applikazzjoni ta’ kull kanzunetta tinkludi:

(a) kanzunetta bil-vuċijiet akkumpanjata minn mhux aktar minn żewġ strumenti;
(b) dokument word bil‑lirika tal-kanzunetta;
(ċ) scan (pdf jew jpg) tal‑applikazzjoni għall‑parteċipazzjoni, mimlija mill‑parteċipanti, iffirmata mill-awtur u l-kompożitur;
(d) ħlas ta’ €50 (permezz ta’ PayPal /credit card) ma’ kull kanzunetta li tikkwalifika lill-parteċipanti jkunu membri tal-għaqda L-Għanja tal-Poplu, u b’hekk jipparteċipaw fil-festival u jkunu mistiedna għal attivitajiet oħra.
(e) Dettalji dwar min qed jissottometti din l-applikazzjoni

L-informazzjoni mibgħutha trid tkun veritiera.