Xogħol part-time mal-Għanja tal-Poplu.

L-Għanja tal-Poplu hija organizzazjoni volontarja li għandha l-għan li tinkoraġġixxi l-kitba u l-kompożizzjoni ta’ kanzunetti bl-ilsien Malti. L-Għanja tal-Poplu torganizza diversi attivitajiet matul is-sena fosthom il-festival L-Għanja tal-Poplu, L-Għanja tal-Poplu – Żgħażagħ,  u attivitajiet oħra matul is-sena.

L-organizzazzjoni L-Għanja tal-Poplu qed toffri tlett opportunitajiet ta’ xogħol fuq bażi part-time:

  1. PR & Marketing Manager: Sejħa miftuħa għal persuni kwalifikati.
  2. Kordinatur tal-Attivitajiet: għall-attivitajiet relatati mal-Għanja tal-Poplu.
  3. Assistent Amministratur: Sejħa miftuħa għal persuni kwalifikati u b’esperjenza.

Sejħa għal PR & Marketing Manager mal-Għanja tal-Poplu

L-Għanja tal-Poplu qed jistieden applikazzjonijiet għal PR & Marketing Manager (part-time). Ix-xogħol tal-PR & Marketing Manager huwa: li joħloq  u jiġbor kontenut dwar l-Għanja tal-Poplu u  jippublika informazzjoni, artikli, ritratti u videos relatati mal-Għanja tal-Poplu; jikkordina   attivitajiet ta’ promozzjoni għall-attivitajiet relatati mal-festival.

Min ser japplika irid ikun familjari mal-użu tal-media l-ġdida: Website, Facebook,Youtube, Instagram, kif wkoll mal-media tradizzjonali: televiżjoni, radju, gazzetti u revisti u arkivjar ta’ fajls relatati mal-Festival.

Min japplika irid ikun lest jgħin fi ġbir ta’ fondi permezz ta’ sponsors jew reklamar.

Dan ix-xogħol jieħu madwar sitt sigħat fil-ġimgħa, ser jitħallas skont in-numru ta’ sigħat maħduma. Dan xogħol jintemm fl-aħħar tal-2018 u jista’ jiġġedded għas-sena 2019.

Il-persuna li tapplika trid tkun kwalifikata jew ta’ esperjenza fil-PR, trid tkun familjari fl-użu tal-kompjuter, u jkollha ħin biżżejjed biex twettaq dan ix-xogħol. Il-persuna trid tkun lesta li tattendi taħriġ  fejn jidħol managment.

Dan ix-xogħol isir taħt is-superviżjoni tal-kumitat organizzattiv l-Għanja tal-Poplu.

Min irid japplika jibgħat CV u ittra ta’ applikazzjoni indirizzata lic-Chairperson L-Għanja tal-Poplu fl-email: ghanjatalpoplu@gmail.com sas-16 ta’ Frar 2018.

Il-Kumitat
L-Għanja tal-Poplu (VO/0574)

Sejħa għal Kordinatur tal-Attivitajiet mal-Għanja tal-Poplu

L-Għanja tal-Poplu qed jilqa’ applikazzjonijiet għal xogħol ta’ Kordinatur tal-Attivitajiet.  Ix-xogħol tal-Kordinatur tal-Attivitajiet hu li jieħu ħsieb it-twettieq ta’:

  • Il-festival L-Għanja tal-Poplu;
  • Attivitajiet relatati mal-Għanja tal-Poplu Żgħażagħ;
  • Laqgħat, worskhops u attivitajiet oħra matul is-sena.

Dan ix-xogħol jieħu madwar sitt sigħat fil-ġimgħa, ser jitħallas skont in-numru ta’ sigħat maħduma. Dan xogħol jintemm fl-aħħar tal-2018 u jista’ jiġġedded għas-sena 2019.

Il-persuna magħżula irid ikollha esperjenza u jkollha ħin biżżejjed biex twettaq dan ix-xogħol. Il-persuna trid tkun lesta li tattendi taħriġ fejn jidħol managment.

Dan ix-xogħol isir taħt is-superviżjoni tal-kumitat organizzattiv L-Għanja tal-Poplu.

Min irid japplika jibgħat CV u ittra ta’ applikazzjoni indirizzata lic-Chairperson L-Għanja tal-Poplu fl-email: ghanjatalpoplu@gmail.com sas-16 ta’ Frar 2018.

Il-Kumitat
L-Għanja tal-Poplu (VO/0574)

Sejħa  għall-Assistent Amministratur mal-Għanja tal-Poplu

Dan l-irwol jirrispondi għall-Ammistratur tal-Għanja tal-Poplu.

L-Assistent-Amminstratur tkun  persuna li tassisti lill-kumitat L-Għanja tal-Poplu billi:

  • Flimkien mal-kumitat toħloq pjan annwali ta’ attivitajiet tal-organizzazzjoni skont id-direzzjoni tal-kumitat organizzattiv u tara li jitwettaq kif ukoll tikteb ir-rapporti meħtieġa.
  • Taħdem biex il-festival jilħaq il-livell artistiku skont kif mixtieq mill-kumitat Għanja tal-Poplu.
  • Tassisti lill-għaqda L-Għanja tal-Poplu twettaq l-obligi tagħha kemm bħala għaqda volontarja irreġistrata kif wkoll fil-ħidma tagħha ma’ imsieħba u entitajiet oħra.
  • Tgħin lill-organizazzjoni fl-iżvilupp professjonali u capacity building.
  • Timmaniġja l-
  • Tara li l-accounts u ­r-records  ikunu aġġornati.
  • Tattendi għall-laqgħat marbuta mal-organizazzjoni meta jkun hemm bżonn.

Il-persuna li tapplika idejalment tkun:

  • Familjari mal-festival L-Għanja tal-Poplu u l-organizazzjoni tiegħu.
  • Familjari mal-ħidma tal-għaqdiet volontarji u proċeduri tal-gvern fis-settur artistiku.
  • Ikollha esperjenza fil-produzzjonijiet artistiċi, u fl-amministrazzjoni.
  • Tħaddan ħiliet komunikattivi tajbin.

Dan ix-xogħol jieħu madwar sitt sigħat fil-ġimgħa, ser jitħallas skont in-numru ta’ sigħat maħduma. Dan xogħol jintemm fl-aħħar tal-2018 u jista’ jiġġedded għas-sena 2019.

Min irid japplika jibghat CV u ittra ta’ applikazzjoni indirizzata lic-Chairperson L-Għanja tal-Poplu fl-email: ghanjatalpoplu@gmail.com sad-9 ta’ Frar 2018.

L-Għanja tal-Poplu hi mgħejuna mill-Kunsill Malti għall-Arti – Cultural Parnership Agreement