L-applikazzjonijiet għal L-Għanja tal-Poplu 2022 se jiftħu qabel l-aħħar ta’ Frar u jagħlqu fit-18 ta’ Marzu 2022 fit-8pm. Inħeġġuk biex tapplika online (ara regolamenti sezzjoni 3).

Ma hemmx limitu ta’ strumenti meta ddaħħal kanzunetta. Kanzunetta tista’ tkun akkumpanjata minn strument wieħed jew aktar. ( Ara regolamenti – Nota fl-aħħar ta’ 2.5)

Ma hemmx limitu ta’ kemm tista’ tissottometti kanzunetti għall-festival.

Fis-semifinali kantant/grupp jista’ jkanta sa żewġ kanzunetti. Jekk jgħaddulek iktar minn żewġ kanzunetti bl-istess kantant għas-semifinali, tista’ ddaħħal il-kanzunetta b’rikording ġdid b’kantant/i ġdid/ġodda jew tagħżel liema żewġ kanzunetti se żżomm u twaqqa’ l-kanzunetti l-oħrajn. Ir-rikording ġdid tal-kanzunetti li daħlu għas-semifinali irid jiġi sottomess sat 18 ta’ April 2022. ( Ara regolamenti 6.1).

Jekk jikkwalifikaw żewġ kanzunetti tal-istess kantant għal-finali, il-ġurija tagħżel biss dik il-kanzunetta li marret l-aħjar peress li l-kanzunetti fil-finali jridu jkunu interpretati minn kantanti differenti (ara regolamenti 4.4).

Iva – Kollox ippreparat biex f’Mejju jinġibdu l-filmati ta’ kull kanzunetta finalista. Se jkun hemm ukoll intervisti fuq programmi tar-radju u tat-televiżjoni (ara regolamenti sezzjoni 6).

Min jixtieq jirċievi feedback dwar il-kanzunetta hu mitlub jibgħat email dwar dan fil-ġimgħa ta’ wara l-festival. Jintbagħtu l-kummenti tal-ġurija u tingħata indikazzjoni ta’ kif marret il-kanzunetta.

Il-kanzunetti jistgħu jkunu fuq dak li tixtieq int u bl-istil mużikali li tixtieq int (ara regolamenti 2.3). Hemm premju speċjali għat-tema soċjali imma l-kanzunetti rebbieħa mhux bilfors ikollha tema soċjali.

L-ewwel ġurija se tiffoka fuq il-kliem u l-mużika u r-rabta ta’ bejniethom.

Il-ġurija tas-semifinali tiġġudika l-kanzunetti semifinalisti kantati live.

Din is-sena, apparti l-ġurija esperta, se jerġa’ jkun hemm ġurija popolari magħżula mill-organizzaturi.

F’kas ta’ diffikulta’ iktbilna fuq ghanjatalpoplu@gmail.com jew ċempel: 79923522 .

Dawn ir-risposti ma jbiddlux ir-regolamenti kif ippubblikati.