Forum Orizzonti Ġodda għall-Kanzunetta maltija organizzat mill-Għanja tal-Poplu

Prof Manwel Mifsud – Il-Għanja Maltija – L-Egħruq u l-Fattizzi tagħha

Corazòn Mizzi    – L-Ilsien Malti bħala Medu Mużikali

ORIZZONTI ĠODDA GĦALL-KANZUNETTA MALTIJA

Forum dwar il-kanzunetta Maltija bl-ilsien Malti

organizzat mill-Għanja tal-Poplu bl-għajnuna tal-Cultural Partnership Agreement bejn L-Għanja tal-Poplu u l-Kunsill Malti għall-Arti

[contact-form to=’ghanjatalpoplu@gmail.com’ subject=’Ser nattendi għall-Forum’][contact-field label=’Isem u Kunjom’ type=’name’ required=’1’/][contact-field label=’Email’ type=’email’ required=’1’/][contact-field label=’Mobile / Tel’ type=’url’ required=’1’/][contact-field label=’Kumment’ type=’text’/][/contact-form] L-awturi, kompożituri, kantanti, gruppi mużikali, preżentaturi tal-kanzunetta Maltija, disk-jockeys, organizzaturi, ġurnalisti u persuni oħra interessati fil-kanzunetta Maltija huma mistiedna jattendu għal Forum dwar Il-Kanzunetta Maltija bl-Ilsien Malti, organizzat mill-Kumitat tal-Għanja tal-Poplu.

Il-forum se jlaqqa’ flimkien lil kull min hu interessat fil-kanzunetta Maltija, u għalhekk għandu jkun okkażjoni tajba biex nisimgħu l-ideat u l-esperjenzi ta’ professjonisti u persuni intiżi fil-qasam tal-kanzunetta, u nħalltu u naqsmu magħhom l-esperjenzi tagħna. Kemm jista’ jkun, l-ideat se jkunu mqiegħda fil-prattika u b’referenza għal kompożizzjonijiet magħrufa.

Il-Forum se jsir f’żewġ Sibtijiet: fl-14 u fil-21 ta’ Jannar 2017, fi Project House, Belt is-Sebħ, il-Furjana. Il-post u l-membri tal-panels jitħabbar iktar il-quddiem.

l-kelliema prinċipali se jkunu Manwel Mifsud, Joe Friggier u Corazon Mizzi,u jmexxi d-diskussjonijiet Vince Fabri. Fost kelliema oħra ser ikun hemm Walter Micallef, Mario Vella (Brikkuni), Paul Ellul, Philip Vella, Rita Pace, Andrew Vella ( The Travellersl ), Alex Vella Gregory, Daniel Cauchi (Big Band Brothers) u Noel D’Anastas, Mro Dominic Galea, Alfred C. Sant, Trevor Zahra u Kris Spiteri.

Jekk l-awtur, il-kompożitur u l-kantant ta’ kanzunetta li se tiddaħħal għall-festival L‑Għanja tal-Poplu (jew mill-inqas tnejn minnhom) ikunu attendew iż-żewġ laqgħat ta’ dan il-Forum, jingħatalhom rimbors ta’ 40% (li jiġi €20) mill-ħlas tal-applikazzjoni. Din l-attivita’ hija mingħajr ħlas. L-attendenza trid tkun ikkonfermata minn qabel.

Il-Koordinatur matul il-Forum se jkun Vince Fabri, u l-programm se jkun dan li ġej, u programm iktar iddettaljat jingħata iktar il-quddiem.

L-Ewwel Laqgħa – Is-Sibt, 14 ta’ Jannar fid-9.00 am
mid-9.00 Kafè – Niltaqgħu flimkien
 1.  Il-kanzunetta Maltija – l-għeruq u l-fattizzi tagħha
 09.30 Kelliem: Il-Prof. Manwel Mifsud
10.00 Diskussjoni f’panel
10.30 Diskussjoni miftuħa

 2.  Il-kompożizzjoni tal-kanzunetta Maltija tista’ titjieb?

 

11.00

  Imexxi d-diskussjoni : Vince Fabri

Diskussjoni f’panel:

11.30 Diskussjoni miftuħa
12.00 pm Ikel ħafif
  3.  L-ilsien Malti bħala m edju mużikali
12.30 Kelliema: Corazón Mizzi
1.00 Diskussjoni f’panel
1.30 Diskussjoni miftuħa
2. 00 L-għeluq tal-ġurnata
 It-Tieni Laqgħa – Is-Sibt, 21 ta’ Jannar fid-9.30 am
9.00 Kafè – Niltaqgħu flimkien
     4. L-identità tal-kanzunetta Maltija
9.30  Kelliem:  Prof. Joe Friggieri
10.00 Diskussjoni f’panel
10.30 Diskussjoni miftuħa
     5.   Il-ġejjieni tal-kanzunetta Maltija
11.00 Imexxi d-diskussjoni : Vince Fabri

 Diskussjoni f’panel

11.40 Diskussjoni miftuħa
     6.  It-tnedija tal-Festival L-Għanja tal-Poplu 2017
12.00 pm

 

 

12. 45

Konferenza Stampa mill-Kumitat tal-Għanja tal-Poplu

flimkien mal-kollaboraturi.

It-tħabbir tal-Programm ta’ Ħidma 2017,  u Linja Gwida.

Bibita flimkien

1.15 pm L-għeluq tal-Forum

 

Save

Save

Save

Save

Save