Triccas - L-Għanja tal-Poplu




Triccas

Diskografija

Triccas ħa sehem f'bosta festivals u kunċerti tul il-karrieta tiegħu kemm bħala solist kif wkoll bħala parti minn gruppi. Iħobb jisma' u japprezza kull tip ta' ħoss mużikali, imma l-aktar għall-qalbu jibqgħu il-mużika Blues u Rock.

Huwa delettant tal-palk, baħar u tiġrijiet tal-karozzi.

Triccas jemmen li l-livell tal-Mużika Maltija għola ħafna tul dawn l-aħħar żminijiet għalkemm, sfortunatament, għad hawn bosta produzzjonijiet medjokri. Biss jemmen li mhux il-ġeneri kollha ta' mużika Maltija qed jiġu mogħtija l-exposure li jixirqilhom.

Meta jkollu ċans, iħobb iqatta' xi ftit jiem fil-gżejjer ta' Għawdex jew Kemmuna għax jemmen li m'hemmx post ieħor f'Malta li jgħatih is-serħan tal-moħħ bhalma jagħtu dawn.

Huwa jappella lill-Maltin u l-Għawdxin kollha biex ikomplu jissapportjaw u jsegwu il-mużika Maltija u jappella lill dawk il-ftit li għad baqa' li moħħom biss biex jikkritikaw il-prodott Malti, biex jiflu u jistudjaw sew qabel ma jiftħu ħalqhom.