Maronia Attard - L-Għanja tal-Poplu

Maronia Attard

Diskografija

Maronia Attard minn Buġibba għandha 21 sena. Ilha tlett snin taħdem bħala hairdresser. Għalkemm dan huwa xogħol hectic xorta waħda tieħu pjaċir tagħmlu. Meta kien għad għandha tnax-il sena rrapreżentat lill Malta fl-Ungerija permezz tal-kant, żfin u reċtar. Hemm kienet akkompanjata minn John Suda u Manuel Cauchi.

Kien fl-aħħar sentejn li reġgħet bdiet tikkompeti fil-festivals fejn ta' spiss ġiet fl-ewwel pożizzjonijiet. Fil-Festival Indipendenza ġiet fit-tielet post bil-kanzunetta 'Mistoqsija' kliem ta' Peppi Azzopardi u mużika ta' Andrew Zammit. Waqt dan il-festival rebħet wkoll il-premju tat-televoting. Kienet wkoll tattendi l-iskola Act React u ħadet sehem fil-musical Fiddler on the Roof u fil-kunċert Beatle Mania.