Mark Spiteri Lucas - L-Għanja tal-Poplu


Mark Spiteri Lucas

Diskografija

Ara wkoll

Mark ġej minn familja mużikali u ilu idoqq flimkien ma' ħuh Ivan għal diversi snin f'bosta stabbilimenti tad-divertiment f'pajjiżna. Mark huwa l-aktar magħruf bħala mużicist u kompożitur. Ix-xogħlijiet tiegħu tkantaw minn diversi kantanti stabbiliti u ppartecipaw f'għadd ta' festivals. Huwa ddebutta bħala kantant fil-festival L-Għanja tal-Poplu ta' l-1998. Minn dak in-nhar huwa ħa sehem f'diversi festivals oħrajn. Dan l-aħħar huwa ħa sehem ukoll f'festival gewwa Acireale fejn spicca fil-ħames post. Mark interpreta wkoll partijiet importanti f'xi xogħlijiet teatrali fosthom fil-musical Il-Hotbi ta ' Notre Dame u fid-dramm Barabbas.