Marbeck Spiteri - L-Għanja tal-Poplu



Marbeck Spiteri

Diskografija

Bdejt il-kerriera tiegħi ta' seba' snin. Ipparteċlpajt u rbaħt numru ta' festivals kemm lokali kif ukoll barra minn xtutna. Waqaft mill-karriera tal-kant għal perjodu twil sakemm kabbart il-familja u ħames snin ilu rritornajt fix-xena mużikali bil-kanzunatta "Minn wara Il-Kwinti" ta' Mario Fenech Caruana u Fredrick Camilleri. FiI-preżent nipproduċi u nippreżenta l-programm ta' kuljum "Bejnietna" fuq Redio 101.

L-aktar tlett kanzunetti favoriti tiegħi huma "I will always love you", "Feelings" u 'Ancora" għaliex il-mużika romantika togħgobni ħafna. Meta nsilb ftit ħin liberu nħobb naqra jew insegwi xi film tajjeb. L-aktar post f'Malta li joggħobni huwa I-Imdina għaliex jagħtini sens ta' kwiet paċi u trankwillita'.

Fil-fehma tiegħi il-kanzunetla Maltija għamlet progress kbir u l-livell tal-kenzunetti Maltin huwa wieħed verament għoli. Bħala messegg tiegħi lill-Maltin nixtleq inħeggigħom biex ikomplu jsegwu u jagħtu support lill-kanzunetta Maltija u nixtieq ukoll li aktar preżenteluri jdoqqu l-mużika Maltija fuq il-mezzi tax-xandir.