Joanna Agius - L-Għanja tal-Poplu

Joanna Agius

Diskografija

Il-kantanta Joanna Agius għandha 33 sena, u tifla ta 9 snin jisimha Jessica. Taħdem bhala skrivana fl-HSBC Bank ġo Buġibba. Minn eta' żgħira dejjem kienet tħobb il-mużika u l-kant. Kienet membru f'korijiet u gruppi tal-kant. Bdiet tkanta l-aktar fil-knejjes, f'tiġijiet u okkażjonijiet oħra. Attendiet għal xi lezzjonijiet tal-vuci u minn hemm imbagħad bdiet tieħu sehem ukoll f'xi festivals, tkanta f'postijiet ta' divertiment kif ukoll ħadet sehem fi programmi televiżivi u anki tar-radio. Bħala passatemp tħobb taqra, issajjar, u timxi. Kantanti li tammira huma Celine Dion u Toni Braxton. Ix-xewqat għall-futur fil-qasam tal-kant huma li toħroġ CD bil-kanzunetti tagħha u li tieħu sehem f'xi festival internazzjonali.