Frans Baldacchino (Il-Budaj) - L-Għanja tal-Poplu

Frans Baldacchino (Il-Budaj)

Diskografija

Minn ċkunitu ħabb l-għana. Iħobbu għaliex fih isib spazju enormi fejn jista' jimraħ, eżatt bħal m'hija l-poeżija għal min jiktibha. Frans iħobb jikteb ukoll, u dak jikteb joħorġu 'l barra minnu bl-għana. Iħobb l-opra u l-mużika klassika. Permezz ta' dan il-mistier ta' l-għana ħareġ barra minn xtutna fl-Awstralja, il-Canada, Franza, il-Libja, il-Greċja u Tuneż. Ħa sehem bl-għana fi musicals u xogħlijiet oħrajn fuq il-palk. Permezz tal-publikaturi Klabb Kotba Maltin ippubblika ftit mix-xogħlijiet tal-kitba tiegħu

Ingħata diploma għall-kitba tal-poeżija mill-għaqda "Poeti Maltin" xi żmien ilu meta kien għadu membru fiha. Frans qalilna "Ma nistax inħobb ritmi oħrajn barranin jekk l-ewwel ma nħobbx dak li hu ta' pajjiżi li jgħinuni iżjed biex inżomm qalbi kantabli".