Charlie Muscat - L-Għanja tal-Poplu

Charlie Muscat

Diskografija

Fl-1996 Charlie Muscat hareġ is-CD 'I believe' li l-qliegħ tagħha mar għal `Dar Nazzaret', iż-Żejtun. u fl-1998 ħareġ CD oħra jisimha 'It-Tfal Tagħna 1998', fejn ġew introdotti ħafna tfal zgħar għall-ewwel darba fuq CD.

Fost id-diski favoriti tiegħu insibu - 'Fil-Pjazza tar-raħal', `L-aħħar bidwi F'Wied il-Għasel, u 'The one that I love'

Il-fehma tiegħu fuq il- Kanzunetta Maltija hija li personalment ma jsib l-ebda differenza bejn kanzunetti barranin u dawk Maltin. Il-kanzunetta Maltija laħqet livell tassew għoli. Il-passatemp tiegħu huwa li jilgħab il-football. Post sabiħ li jgħoġbu f'Malta huwa Xorb 1-Għaġin-Delimara.

Il-Messaġġ ta' Charlie Muscat lil Maltin huwa li ifittxu u japprezzaw aktar it-talent lokali.